Mk 11:27-33 -- The Authority of Jesus Questioned - Il-Lhud jistaqsu dwar is-setgħa ta' Ġesù.
--- I will not tell you my authority for acting like this ---
SATURDAY MORNING GOSPEL OF WEEK 8 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Int b’liema setgħa qiegħed tagħmlu dan kollu?
Mk 11, 27-33
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli tiegħu [Mk:11:27] mill-ġdid marru Ġerusalemm. Kif kien qiegħed idur fit-tempju, resqu fuqu l-qassisin il-kbar u l-kittieba u x-xjuħ [Mk:11:28] u staqsewh: "Int b'liema setgħa qiegħed tagħmlu dan kollu? U min tahielek din is-setgħa biex tagħmlu?" [Mk:11:29] "Ħa nagħmlilkom mistoqsija waħda jien" qalilhom Ġesù, "weġbuni għaliha, u ngħidilkom b'liema setgħa qiegħed nagħmel dan kollu. [Mk:11:30] Il-magħmudija ta' Ġwanni kienet ħaġa ġejja mis-sema jew mill-bnedmin? Weġbuni." [Mk:11:31] Dawk, bejnhom u bejn ruħhom, bdew jirraġunaw u jgħidu: "Jekk inweġbuh, 'Mis-sema', jgħidilna, 'Mela għaliex ma emmintuhx?' [Mk:11:32] Mela ngħidulu 'Mill-bnedmin'?" Huma kienu jibżgħu min-nies, għax kulħadd kien iżomm li Ġwanni kien tabilħaqq profeta. [Mk:11:33] Għalhekk lil Ġesù weġbuh u qalulu: "Ma nafux." U Ġesù qalilhom: "Mela anqas jien ma ngħidilkom b'liema setgħa qiegħed nagħmel dan."
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
.